Ismu ġej mill-kelmiet żeraq jew żernaq.  Instabu fdalijiet li probabbilment huma ta’ Żmien il-Bronż.  Iż-Żurrieq huwa msemmi fil-lista tal-Milizzja tal-1419 u fl-1436 kien diġa’ parroċċa.  Il-Knisja ta’ Santa Katarina nbniet bejn l-1634 u l-1659.  Knejjes oħra huma tal-Lunzjata, San Ġakbu, tal-Kunċizzjoni, San Bartilmew, San Luqa, Sant Andrija, Sant’Agata, Santa Marija (Ta’ Baqqari), Santa Marija (Ta’ Bubaqra), San Leo u San Ġwann l-Evanġelista.  Bini mportanti li nsibu fiż-Żurrieq huwa l-armerija tas-seklu sbatax, ħames imtieħen u l-Palazz tan-Nigret. 

 

L-istemma hi tarka maqsuma orizzontalment f’żewġ partijiet, ta’ fuq lewn il-fidda u ta’ taħt lewn ikħal, fin-nofs salib Grieg bl-ilwien maqluba.  Il-parti l-bajda tas-salib fuq in-nofs ikħal u l-ikħal fuq l-abjad.

Li jinsabu aktar ‘il bogħod miċ-ċentru tar-raħal prinċipali hemm żewġ irħula oħra, Bubaqra u in-Nigret.

Oriġini tal-Isem “Iż-Żurrieq”

The Semitic roots indicate the word zoroq would mean blue, but it is not clear for what do they refer. One may recall the old motto in Latin saying: From the blue sea I took my name.